Infakkru l-Mewt Qaddisa tal-Qaddej ta' Alla P. Avertan Fenech

Sat 26. October at 09:30 - Thu 31. October 2019 at 20:00

Knisja u Kunvent tal-Karmnu · Triq Villegaignon, L-Imdina, Malta

Fis-sigħat bikrin tal-1 ta' Novembru 1943, Solennità tal-Qaddisin Kollha, il-Qaddej ta' Alla P. Avertan Fenech għadda għall-ħajja ta' dejjem. Sa llum 76 sena wara, il-mewt qaddisa tiegħu baqgħet tiġi mfakkra bħala il-Jum tat-Twelid tiegħu għas-Sema, b'ċelebrazzjonijiet mifruxa fuq medda ta' ftit jiem. Din is-sena il-programm jiftaħ nhar is-26 ta' Ottubru u jagħlaq fil-31 ta' Ottubru.

Is-Sibt 26 ta’ Ottubru
• Preżentazzjoni tal-ħidma fuq il-Positio mill-Postulatriċi Ġenerali f’Seminar mid-9.30am – 12.30pm fil-Carmelite Institute Malta, Kunvent tal-Karmnu, Mdina. Miftuħ għal kulħadd. Informazzjoni u applikazzjoni: istitut@karmelitani.org

It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa 28-30 ta’ Ottubru
• Talb bi tħejjija għat-tifkira mill-Mewt fil-knejjes kollha Karmelitani.

L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru
• Ċelebrazzjoni fil-Bażilika Parrokkjali ta’ Santa Marija fil-Mosta: 6.00pm Adorazzjoni; 6.30pm Quddiesa u wara tqegħid tal-kuruni mal-monument.

Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru
• Fil-knejjes kollha Karmelitani matul il-jum issir il-quddiesa fl-anniversarju mill-mewt.
• Fis-6.30pm Velja u Quddiesa konċelebrata fil-Karmnu tal-Imdina.

Register

Selection

change

Dħul b'xejn

RSVP għal raġunijiet ta' loġistika

0.00

Contacts

change
For contacting you regarding your purchase if needed.

Payment method

We will email you the invoice with tickets after making the payment.

Organiser

Uffiċċju tal-Viċi Postulatur

Phone: +356 21454524

E-mail: avertanfenech@karmelitani.org

Location

Knisja u Kunvent tal-Karmnu · Triq Villegaignon, L-Imdina, Malta

Google Map of Triq Villegaignon, L-Imdina, Malta