Infakkru l-Mewt Qaddisa tal-Qaddej ta' Alla P. Avertan Fenech

Saturday 26. October at 09:30 - Thursday 31. October 2019 at 20:00

Knisja u Kunvent tal-Karmnu • Triq Villegaignon, L-Imdina, Malta

Online ticket sales has ended.

Fis-sigħat bikrin tal-1 ta' Novembru 1943, Solennità tal-Qaddisin Kollha, il-Qaddej ta' Alla P. Avertan Fenech għadda għall-ħajja ta' dejjem. Sa llum 76 sena wara, il-mewt qaddisa tiegħu baqgħet tiġi mfakkra bħala il-Jum tat-Twelid tiegħu għas-Sema, b'ċelebrazzjonijiet mifruxa fuq medda ta' ftit jiem. Din is-sena il-programm jiftaħ nhar is-26 ta' Ottubru u jagħlaq fil-31 ta' Ottubru.

Is-Sibt 26 ta’ Ottubru
• Preżentazzjoni tal-ħidma fuq il-Positio mill-Postulatriċi Ġenerali f’Seminar mid-9.30am – 12.30pm fil-Carmelite Institute Malta, Kunvent tal-Karmnu, Mdina. Miftuħ għal kulħadd. Informazzjoni u applikazzjoni: [email protected]

It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa 28-30 ta’ Ottubru
• Talb bi tħejjija għat-tifkira mill-Mewt fil-knejjes kollha Karmelitani.

L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru
• Ċelebrazzjoni fil-Bażilika Parrokkjali ta’ Santa Marija fil-Mosta: 6.00pm Adorazzjoni; 6.30pm Quddiesa u wara tqegħid tal-kuruni mal-monument.

Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru
• Fil-knejjes kollha Karmelitani matul il-jum issir il-quddiesa fl-anniversarju mill-mewt.
• Fis-6.30pm Velja u Quddiesa konċelebrata fil-Karmnu tal-Imdina.

Knisja u Kunvent tal-Karmnu • Triq Villegaignon, L-Imdina, Malta

Google Map of Triq Villegaignon, L-Imdina, Malta

Uffiċċju tal-Viċi Postulatur

+356 21454524

avertanfenech@karmelitani.org